FUQ IL-PJAN TA’ TMIEN PUNTI PROPOST MINN GĦAL GĦAWDEX.

Dan sar f’laqgħa formali biex jiddiskutu u jsibu konverġenza fuq il-Pjan ta’ Tmien Punti imniedi minn Għal Għawdex. Din il-laqgħa segwiet il-pubblikazzjoni tar-reazzjoni tal-GRDA għall-pjan propost.

Il-GRDA u l-Forum Għal Għawdex jaqblu bis-sħiħ fuq ħafna mill-proposti, bi qbil sħiħ fuq punti 1, 3, 4 u 5.

Il-GRDA u Għal Għawdex ġeneralment jaqsmu l-istess fehmiet dwar il-punt 2(c), li bih ODZ għandu jiġi ppreservat. Gie maqbul li ssir aktar diskussjoni fir-rigward tal-punti 2(a) u 2(b).

Il-partijiet jaqblu fil-prinċipju fir-rigward tal-Punt 6 li jitlob l-osservanza stretta taż-żona ta’ buffer ta’ 150 metru madwar bini u monumenti storiċi u skedati.

Dwar Punt 7 il-GRDA u l-Forum jaqblu li hemm bżonn ta’ analiżi aktar profonda biex titqies il-konġestjoni li qed tiġi kkawżata f’Għawdex billi jiżdied l-użu tal-vetturi bil-mutur.

Dwar il-punt 8 dwar interpretazzjoni korretta u infurzar strett tal-politiki, regoli u regolamenti attwali, il-GRDA u l-Forum jaqblu wkoll u jistennew li tingħata l-akbar importanza lill-policies G1, G2 u G3 ta’ DC2015, mill-Awtorità tal-Ippjanar, fid-deċiżjonijiet tagħha.

Ritratt meħud minn: Daniel Cilia

  • Downloadable Files

Related News

09 May

EURADA Summer School

16 Apr

Project Manager

21 Mar

GRDA Releases 2023 Annual Report

15 Mar

GRDA Tourism Conference: A Tourist's Perspective

27 Feb

GRDA Annual Tourism Conference - A Visitor's Perspective

23 Feb

Context Sensitive Design in Gozo Conference

03 Feb

GRDA Conference - Context Sensitive Design in Gozo

25 Jan

Gozo, along with 25 other cities, has been selected to join the Pilot Cities Programme

Gozo Regional Development Authority

Skip to content