The Gozo Regional Development Authority launches its socio-economic vision for the coming ten years

The Gozo Regional Development Authority (GRDA) has launched a public consultation on the Gozo Regional Development Strategy for 2021-2030. The strategy will also serve as a roadmap for any further initiatives that will be undertaken with respect to Gozo for the next 10 years.

The strategy and consultation process focus on eight key priority areas that are crucial for the future success of Gozo. These cover all aspects from social development, development of new industries to the islands’ infrastructure ensuring a holistic approach that safeguards and sustains the wellbeing of the island of Gozo, its inhabitants, visitors, business investors, and future generations. The key priority areas are:

  • Spatial Planning and Sustainable Urban Development
  • Infrastructure and Accessibility
  • Economic and Talent Development
  • New Economy
  • Sustainable Tourism
  • Social Development
  • Rural Development and Eco-Gozo
  • Culture, Heritage and the Arts

 

Speaking at the launch of the public consultation, Minister for Gozo Clint Camilleri explained how the strategy will be designed by the Gozitans themselves. Therefore, these will clearly embody the needs and challenges of Gozo. While revealing his commitment to see the implementation of this strategy, Minister Clint Camilleri added that “this process will primarily address more urgently and adequately the essential characteristics of Gozo. Among others, these include connectivity, better use of natural, financial, and human resources, the development of new economic niches, the commitment to protect the natural environment, and finally the enhancement of the cultural, artistic and heritage sector. These all shape and give identity to us Gozitans. Finally, the strategy will also focus on the main economic pillar of our island—tourism.

Michael Grech, Chairman of the Gozo Regional Development Authority, said, “The launch of the Consultation Document and the development of a shared vision for Gozo is an important milestone for our island. We invite everyone and especially those who have Gozo at heart, to participate in this process with their feedback and suggestions so we can together draw up a feasible and forward-looking strategy that will safeguard Gozo’s future.”

Mario Borg, CEO of the Gozo Regional Development Authority expained that the strategy is based on three main elements. The first part focuses on developing a shared vision for Gozo for the next decade, with particular emphasis on Gozo remaining distinct from Malta while continuing to create valuable opportunities for business, investment, employment, and better quality of life for residents. “The Consultation Document puts forward for discussion 88 measures across the 8 key priority areas that are all important for Gozo,” said Mr Borg. “It also outlines how these and other measures that will be incorporated following our consultation with the public and other stakeholders will be prioritised for implementation.”

Launched in September 2020, the Gozo Regional Development Authority is a fully autonomous Authority that has both a consultative and regulatory function.

Sector-specific consultation is also being carried out through a series of consultative groups that will bring together stakeholders with specific knowledge of the priority key areas to fast-track an understanding of current issues and more importantly to generate proactive solutions.  Two public consultation meetings will also be held in Gozo in July and August.

The Consultation Document can be viewed and downloaded at grda.mt. The general public, NGOs, public entities and other stakeholders are invited to submit their feedback by email at consultations.grda@grda.mt or directly through an online form on the GRDA website. The closing date for submissions is 31st August 2021.

 

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex tniedi l-viżjoni soċjo-ekonomika għall-10 snin li ġejjin

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex nediet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika bl-għan li tiġi żviluppata l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ Għawdex għall-10 snin li ġejjin. Din l-istrateġija ser isservi ta’ pjan biex l-inizjattivi, proġetti u miżuri li ser jiġu implimentati f’Għawdex fil-futur isiru b’mod ippjanat u li jirrispettaw l-istess l-istrateġija li ser tiġi mfassla għal Għawdex mill-Għawdxin.

Din l-istrateġija u l-proċess tal-konsultazzjoni ser jiffukaw fuq tmien oqsma li huma kruċjali għall-iżvilupp sostennibli ta’ Għawdex. Dawn l-oqsma ivarjaw minn żvilupp soċjali, esplorazzjoni ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda u titjib fl-infrastruttura, bl-għan li jissaħħu l-karattru distint tal-gżira, ir-residenti tagħha u l-komunità kummerċjali sabiex Għawdex ikun ippreparat għall-futur. It-tmien oqsma li fuqhom ser tkun qed tiġi msejsa din l-istrateġija huma:

  • Żvilupp sostennibli għal Għawdex u ħarsien ta’ spazji pubbliċi
  • Infrastruttura u aċċessibilità
  • Żvilupp ekonomiku u żvilupp tat-talent uman
  • Niċeċ ekonomiċi ġodda
  • Turiżmu sostenibbli
  • Żvilupp soċjali
  • Ħarsien tal-ambjent rurali u Eko-Għawdex
  • Il-Kultura, il-wirt storiku u l-arti

 

Waqt it-tnedija ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nnota kif eventwalment, l-istrateġija se tkun imfassla mill-Għawdxin stess, biex b’hekk nifhmu l-bżonnijiet u l-isfidi ta’ din il-gżira u fejn nixtiequ naraw lil Għawdex fil-futur. Hawnhekk, filwaqt li wera l-impenn tiegħu biex din tiġi implimentata, qal li, “L-istrateġija se tara li jiġu indirizzati b’mod iktar urġenti u adegwat il-karatteristiċi ta’ Għawdex, l-aktar fosthom il-konnettività u użu aħjar tar-riżorsi, kemm naturali, finanzjarji kif ukoll dawk umani. Strateġija li tħares ukoll lejn l-iżvilupp ta’ niċeċ ekonomiċi ġodda, l-impenn lejn il-ħarsien tal-ambjent naturali, it-tisħiħ tas-settur kulturali, artistiku u storiku, li jsawru u jagħtu identità lilna l-Għawdxin. L-istrateġija ser tiffoka ukoll fuq il-pilastru ekonomiku ewlieni ta’ Għawdex – it-turiżmu.”

Iċ-Chairman tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, is-Sur Michael Grech, qal li illum hi ġurnata importanti għal Għawdex bit-tnedija ta’ dan id-dokument liema dokument qed jagħti viżjoni għal Għawdex. Hu stieden lill-pubbliku kollu, speċjalment dawk kollha li għandhom lil Għawdex għal qalbhom, biex jikkonkorru u jwasslu l-ideat, is-suġġerimenti u l-viżjoni tagħhom għal Għawdex biex ilkoll flimkien insawru strateġija fattibbli u li twitti t-triq ‘l quddiem.

Is-Sur Mario Borġ, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, qal li l-istrateġija hi msejsa fuq tliet binarji ewlenin. L-ewwel parti tiffoka fuq kif irridu naraw lill-Għawdex fl-10 snin li ġejjin b’enfasi partikolari li Għawdex jibqa’ distint minn Malta filwaqt li jkomplu jinħolqu l-opportunitajiet f’din il-gżira, kemm għan-negozji, investituri u ħaddiema. “Apparti hekk, dan id-dokument, qed jippreżenta għad-diskussjoni 88 miżura maqsuma fi 8 oqsma partikolari li lkoll huma importanti għal Għawdex”, kompla s-Sur Borg. F’dan id-dokument hemm ukoll indikat kif dawn il-proposti u oħrajn li se jiġu issuġġeriti mill-pubbliku u stakeholders oħra għandhom jiġu implimentati fiż-żmien li ġej.

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, li għandha kemm rwol konsultattiv kif ukoll dak regolatorju, ġiet imnedija f’Settembru 2020.

Apparti l-konsultazzjoni pubblika, l-Awtorità ser tkun qed tmexxi ukoll serje ta’ laqgħat ma’ persuni esperti fis-setturi identifikati bil-għan li tkun konsultazzjoni wiesgħa. Matul Lulju u Awwissu, l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex ser tkun qed torganizza ukoll żewġ laqgħat pubbliċi dwar din l-istrateġija.

 

Id-dokument dwar l-istrateġija għal Għawdex hu aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità – grda.mt. Kull min hu interessat li jikkontribwixxi f’din l-istrateġija għandu jgħaddi is-suġġerimenti, ideat u l-viżjoni tiegħu billi jibgħat email fuq: consultations.grda@grda.mt jew jimla l-formula li hi aċċessibbli fuq is-sit tal-Awtorità. Dan il-proċess ser jiġi fi tmiemu nhar it-Tlieta, 31 ta’ Awwissu, 2021.

 

Other News

3 Aug

Imnedija skema ta’ borża ta’ studju mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex għall-kors tal-Baċellerat fil-Kummerċ mill-Università ta’ Malta fil-Kampus tax-Xewkija

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kien preżenti għat-tnedija tal-iskema ta’ borża ta’ studju għal dawk l-istudenti li jixtiequ jagħmlu kors tal-Baċellerat fil-Kummerċ f’Għawdex. Dan kollu ġie xprunat mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, b’kollaborazjoni mal-Università ta’ Malta u huwa mmirat għall-istudenti li jridu jkomplu jtejbu t-talenti akkademiċi tagħhom. Fil-konferenza tal-aħbarijiet fil-Kampus tal-Università f’Għawdex, il-Ministru Camilleri qal … Continued

29 Jul

General Public

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex qed torganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ Għawdex. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tlieta, 17 ta’ Awwissu 2021 u ser tinżamm fil-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija. Biex tipparteċipa, int mitlub tirriserva post billi timla il-formula: https://forms.gle/6DFe3Eqqf7gwnh8s6 jew tibgħat email fuq:  consultations.grda@grda.mt sa m’hux aktar tard mill-Ġimgħa, 13 ta’ … Continued

29 Jul

Youth Meeting

The Gozo Regional Development Authority is holding a public consultation process with Gozitan youths and young residents in Gozo on the proposed Regional Development Strategy. This meeting will be held on Tuesday, 10th August 2021 at the Gozo Innovation Hub, Xewkija. Please reserve your seat by not later than 7th August 2021:  https://forms.gle/6DFe3Eqqf7gwnh8s or by … Continued

26 Jul

Meeting with His Excellency Dr George Vella, President of Malta

English Version: Meeting with His Excellency Dr George Vella, President of Malta   His Excellency Dr George Vella, President of Malta, held a cordial meeting with the Board Members of the Gozo Regional Development Authority. President Vella thanked GRDA Board Members for the invitation and expressed his appreciation that the Authority launched s public consultation … Continued

Gozo Regional Development Authority