L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex (GRDA) tixtieq tiċċara xi punti fir-rigward tal-proġett propost tal-Gozo Rural Airfield.

Il-proġett tal-Gozo Rural Airfield kien suġġett għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa matul l-2022 bħala parti mir-Regional Impact Assessment Studies (RIAS) mwettqa mill-GRDA. F’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, li kien miftuħ għall-kulħadd, ġew ikkunsidrati l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-proġett propost. Id-dettalji tal-konsultazzjoni pubblika u l-istudji jinstabu fuq il-websajt tal-GRDA [https://grda.mt/consultation/gozo-airfield/]. Sommarju tal-proċess jista’ jinstab f’dan id-dokument [https://grda.mt/…/Regional-Impact-Assessment-July2022.pdf].

Saru laqgħat estensivi ma’ diversi entitajiet, kemm lokali kif ukoll nazzjonali, fosthom mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija fis-16 ta’ Mejju 2022. Fil-fatt dan joħroġ ċar mill-minuti tal-Kunsill Lokali datati 17 ta’ Mejju 2022 [https://xewkijalc.gov.mt/…/uploads/2022/10/Laqgha-37.pdf]. Saret ukoll laqgħa mall-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem fit-18 ta’ Mejju 2022 [https://ghajnsielemlc.gov.mt/…/Laqgha-Nru.-39-li-saret…]. Dawn saru peress li l-proġett propost jaqa’ fil-konfini ta’ dawn iż-żewġ kunsilli.

Apparti dan saru żewġ laqgħat pubbliċi fid-19 u l-20 ta’ Mejju 2022, fejn l-attendenza għal dawn kienet waħda numeruża u l-pubbliku prezenti kellu l-opportunità jistaqsi, jaqsam opinjonijiet u s-suġġerimenti.

Minbarra r-RIAS imwettqa mill-GRDA, fejn l-Awtorità ħadet in konsiderazzjoni diversi suġġerimenti li saru, inbeda proċess sussegwenti u separat bis-sottomissjoni tal-applikant mal-Awtorità tal-Ippjanar.

Related News

15 May

Regional Studies Association’s Annual Conference in Porto

16 Apr

Gozo’s Regionality: Exploring Autonomy Options for Gozo within the State of Malta Conference

17 Mar

Manager (EU Funds)

14 Mar

GRDA Releases 2024 Annual Report

26 Feb

Household Wealth: A regional analysis for Malta and Gozo using the HFCS - Webinar

14 Feb

meetMed - Mitigation Enabling Energy Transition in the MEDiterranean Region Project Visit

22 Jan

The Residential Rental Market in Gozo Conference

03 Jan

New Opening Hours

Gozo Regional Development Authority

Skip to content