Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kien preżenti għat-tnedija tal-iskema ta’ borża ta’ studju għal dawk l-istudenti li jixtiequ jagħmlu kors tal-Baċellerat fil-Kummerċ f’Għawdex.
Dan kollu ġie xprunat mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, b’kollaborazjoni mal-Università ta’ Malta u huwa mmirat għall-istudenti li jridu jkomplu jtejbu t-talenti akkademiċi tagħhom.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet fil-Kampus tal-Università f’Għawdex, il-Ministru Camilleri qal kif f’dinja li kulma jmur qed tinbidel u ssir aktar globalizzata, hu importanti li nkunu kompettitivi u noffru l-aħjar talent uman billi jkollna għad-dispożizzjoni tal-industrija persuni li huma akkademikament kwalifikati, kreattivi u miftuħin għall-bidla.

Preżenti il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Mario Borg spejga kif din l-inizjattiva ser tkun qed tkopri xejn inqas minn 90% tal-ispejjeż relatati mal-kors. Filwaqt li dan il-kors qed jiġi offrut fuq bażi part-time sabiex kull parteċipant isib bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, il-familja u l-istudji neċessarji biex itemm dan il-kors li jwassal għall-Baċellerat fil-Kummerċ. Huwa żied jgħid li din hija waħda mill-ewwel inizjattivi li qed timbarka fuqhom l-Awtorità wara li aktar kmieni ppubblikat dokument ta’ konsultazzjoni biex tiġi imfassla l-istrateġija għal Għawdex għas-snin li ġejjin

Il-Ministru għal Għawdex stqarr li “nemmnu li dan il-kampus għadu ma mmassimizzax il-potenzjal tiegħu u nawgura li permezz ta’ dan il-kors, inkun qed niftħu orizzonti ġodda kemm għal dawk l-istudenti li ser jogħġobhom ikomplu l-istudji tagħhom, kif ukoll għall-Università ta’ Malta biex aktar korsijiet kemm dawk ta’ Baċellerat kif ukoll ta’ livelli ogħla, jibdew jiġu offruti f’Għawdex stess.”

Il-Professur Frank Bezzina, Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Management u l-Accountancy faħħar il-kollaborazjoni bejn l-Università ta’ Malta u l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex biex ġiet żviluppata din l-iskema intiża biex tħajjar aktar studenti jkomplu jimirħu fl-istudji tagħhom. Il-Professur Bezzina awgura li din il-kollaborazzjoni tkompli tissaħħaħ fis-snin li ġejjin.

Din l-inizjattiva timxi paripassu wkoll mall-viżjoni li għandu l-Gvern għal pajjiżna – Malta’s Economic Vision 2021-2031: A Future-Proof Malta kif ukoll mall-istrateġija li varat l-istess Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex li tiffoka speċifikament fuq Għawdex bil-għan li nħejju lil pajjiżna għaż-żmien li ġej.

L-applikazzjonijiet għal dan il-kors jintlaqgħu mill-Unviersità sat-Tlieta 24 ta’ Awwissu, 2021.

Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

 

 

 

The Gozo Regional Development Authority launches a scholarship scheme for the Bachelor of Commerce course

Minister for Gozo Clint Camilleri launched a scholarship for the Bachelor of Commerce course, aimed at those students who wish to read for this degree offered by the University of Malta in Gozo.

This initiative was taken by the Gozo Regional Development Authority, in collaboration with the University of Malta.

During a press conference at the University of Malta Campus in Gozo, Minister Camilleri said that in a changing world that is becoming more globalized, it is important that as a country we are competitive and offer the best human talent by having a workforce that is academically qualified, creative, and open to change.

Mr Mario Borg, Chief Executive of the Gozo Regional Development Authority, explained how this initiative will be covering no less than 90% of the costs related to the course. This course is being offered on a part-time basis so that each participant enjoys work-life balance while time is also dedicated to the necessary study to complete this course leading to the Bachelor of Commerce. He added that this is one of the first initiatives that the Authority is embarking on after earlier publishing a consultation document to draw up the strategy for Gozo for the coming years.

Minister Camilleri stated, “we believe that this campus has not yet maximized its potential and I hope that through this course, we will be opening new horizons for both those students who would like to continue their studies; as well as for the University of Malta to start offering more courses in Gozo.”

Professor Frank Bezzina, Dean of the Faculty of Economics, Management and Accountancy acknowledged the collaboration between the University of Malta and the Gozo Regional Development Authority for the development of this scheme which is intended to encourage more students to continue enhancing their academic qualifications. Professor Bezzina hoped that this collaboration would be further strengthened in the coming years.

This initiative goes hand in hand with the Government’s vision for our country – Malta’s Economic Vision 2021-2031: A Future-Proof Malta as well as with the recently launched strategy by the Gozo Regional Development Authority.

Applications for this course will be accepted by the University until Tuesday, August 24, 2021.

Terms and conditions apply.

 

Other News

3 Sep

The Marsalforn Road Project

A meeting was held last Tuesday between the Minister for Gozo, Hon Clint Camilleri, Mr Mario Borg, CEO of Gozo regional Development Authority and Din l-Art Ħelwa Għawdex to discuss the Marsalforn Road Reconstruction Project. Discussions have been underway for a number of weeks to find solutions to detailed concerns that have been put forward … Continued

20 Aug

Regional Impact Assessment Framework on 23rd April 2021, the GRDA is publishing the final Document

Following the issuing of a consultation document on the proposed Regional Impact Assessment Framework on 23rd April 2021, the GRDA is publishing the final Document. The Regional Impact Assessment Framework is an essential tool in assessing projects and national policies that can impact Gozo. GRDA_Regional Impact Assessment System

29 Jul

General Public

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex qed torganizza laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ Għawdex. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tlieta, 17 ta’ Awwissu 2021 u ser tinżamm fil-Gozo Innovation Hub, ix-Xewkija. Biex tipparteċipa, int mitlub tirriserva post billi timla il-formula: https://forms.gle/6DFe3Eqqf7gwnh8s6 jew tibgħat email fuq:  consultations.grda@grda.mt sa m’hux aktar tard mill-Ġimgħa, 13 ta’ … Continued

29 Jul

Youth Meeting

The Gozo Regional Development Authority is holding a public consultation process with Gozitan youths and young residents in Gozo on the proposed Regional Development Strategy. This meeting will be held on Tuesday, 10th August 2021 at the Gozo Innovation Hub, Xewkija. Please reserve your seat by not later than 7th August 2021:  https://forms.gle/6DFe3Eqqf7gwnh8s or by … Continued

Gozo Regional Development Authority